Impjiegi
LL-UE taħdem biex tagħti spinta lill-impjiegi u tgħin biex jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin għal kulħadd. Permezz tal-politiki tagħha dwar l-impjiegi u dawk soċjali, l-UE tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet biex tgħin lin-nies isibu impjieg u jtejbu l-ħiliet tagħhom. Ir-regoli tal-UE joffru wkoll il-libertà għaċ-ċittadini tal-UE biex jgħixu u jaħdmu fi kwalunkwe pajjiż tal-UE.
Fl-għażla ta’ hawn taħt, se ssib pubblikazzjonijiet dwar l-azzjonijiet u l-politiki tal-UE relatati mal-impjiegi.