Publications Office of the EU
General conditions of dissemination - Dwar l-uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet
DisplayCustomHeader
Dockbar
Dockbar is temporarily unavailable.
General conditions of dissemination and sale New version Dec-2025

Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (Portal OP) Kundizzjonijiet ġenerali ta' disseminazzjoni

Disponibbiltà tal-pubblikazzjonijiet

Il-pubblikazzjonijiet kollha tal-UE huma aċċessibbli online mingħajr ħlas f’format diġitali mill-portal tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE, b’fajls stampati b’riżoluzzjoni għolja (PDF/X) murija kull meta jkunu disponibbli biex jiffaċilitaw stampar ta’ kwalità għolja.

B’dawn il-fajls PDF/X, tista’ tirriproduċi kemm tixtieq kopji ta’ pubblikazzjonijiet tal-UE, fil-limiti tal-prinċipji ġenerali għall-użu mill-ġdid, waħdek jew bl-għajnuna ta’ ħanut professjonali li joffri servizzi tal-istampar, ta’ stampatur, jew ta’ servizz speċjalizzat tal-istampar fuq talba.

Hemm għażla limitata ta’ pubblikazzjonijiet f’format stampat, li jkunu disponibbli biss sa ma jispiċċaw. Il-pubblikazzjonijiet fl-istokk ikunu indikati bil-buttuna blu “ Talba ” fil-paġna bid-dettalji tagħhom.

Jekk il-ħażniet jinbidlu sa meta nirċievu u nipproċessaw it-talba tiegħek, ninfurmawk bl-email.

Kunsinna

Il-pubblikazzjonijiet jintbagħtu fl-indirizz indikat meta saret it-talba tiegħek.

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE ma jistax jinżamm responsabbli għal talbiet mhux soliċitati ta’ pubblikazzjonijiet li jsiru minn utent f’isem (u/jew mibgħuta lil) persuna oħra (riċevitur).

F’każ ta’ suspett ta’ użu ħażin jew abbuż tas-servizz offrut, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għandu d-dritt li jikkanċella r-rikjesti.

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjoni tal-UE ma jistax jinżamm responsabbli għall-konsegwenzi ta’ kwalunkwe dewmien.

Ħsara jew telf fit-tranżitu

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE jista’ jissostitwixxi l-pubblikazzjoni(jiet) mitlufa jew danneġġata/i mal-konsenja jew qabel, soġġett għad-disponibbiltà, jekk inti tinnotifikana bil-miktub, b’evidenza ta’ sostenn xierqa.

Protezzjoni ta’ data personali

Jekk jogħġbok irreferi għad-Dikjarazzjoni ta’ privatezza dwar il-protezzjoni ta’ data personali.

Tilwim u liġi applikabbli

L-għan tagħna hu li nsibu soluzzjoni għat-tilwim b’mod amikevoli fil-qafas ta’ dawn il-kundizzjonijiet ġenerali tat-tixrid. Jekk jogħġbok ibgħat kwalunkwe mistoqsija jew ilment lill-Ufficcju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE.

Dawn il-kundizzjonijiet ġenerali huma rregolati bil-liġi tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.