L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (Portal tal-OP)
Il-Politika dwar l-użu tal-Cookies
Biex is-siti web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jaħdmu kif suppost, xi kultant inpoġġu files żgħar tad-data li nsejħulhom “cookies” fuq l-apparat tiegħek.
X’inhuma l-cookies?
Cookie hu textfile żgħir li sit web jaħżen fuq il-kompjuter jew l-apparat mobbli tiegħek meta żżuru. Jippermetti lis-sit web jiftakar l-azzjonijiet u l-preferenzi tiegħek (bħal-login, il-lingwa, id-daqs tat-tipa u preferenzi tal-wiri oħrajn) fuq perjodu ta' żmien, biex int ma jkollokx għaliex toqgħod terġa' ddaħħalhom meta tmur lura fis-sit jew tibbrawżja minn paġna għall-oħra.
- Cookies tal-ewwel parti huma cookies stabbiliti mis-sit web li tkun qed iżżur. Dawn ikunu jistgħu jinqraw minn dak is-sit web biss.
- Cookies ta’ partijiet terzi jistgħu jintużaw meta sit web juża servizzi esterni li jistabbilixxu l-cookies tagħhom stess.
- Cookies tas-sessjoni huma cookies li jitħassru awtomatikament meta tagħlaq il-browser tiegħek.
- Cookies persistenti huma cookies li jiġu ssejvjati fuq il-kompjuter tiegħek u jibqgħu fuq il-kompjuter tiegħek meta tagħlaq il-browser tiegħek.
- Cookies essenzjali huma cookies neċessarji biex jiżġuraw li s-sit web jintwera lilek b’mod korrett. Dawn jistgħu pereżempju jinkludu informazzjoni dwar il-verżjoni u l-lingwa tas-sistema operattiva tiegħek, il-browser jew il-post.
Kull darba li żżur is-siti web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, se tintalab jew biex taċċetta l-cookies kollha jew biex taċċetta biss il-cookies essenzjali. Il-cookies jistgħu jintużaw ukoll biex titfassal statistika anonimizzata dwar l-esperjenza tal-ibbrawżjar fuq is-siti tagħna.
Kif nużawhom dawn il-cookies?
Is-siti web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jużaw l-aktar cookies tal-ewwel parti stabbiliti u kkontrollati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, mhux minn organizzazzjoni esterna. Madankollu, biex tara xi wħud mill-paġni tagħna, se jkollok taċċetta cookies ta’ partijiet terzi. Tista’ tħassar jew timblokka dawn il-cookies, iżda jekk tagħmel dan xi aspetti ta’ dan is-sit jistgħu ma jaħdmux kif suppost. Dawn il-cookies jintużaw biex jiftakru:
- il-preferenzi tad-dehra tiegħek, bħal-lingwa tal-ibbrawżjar, il-kuntrast tal-kulur, id-daqs tat-tipa, l-apparat użat, il-preferenzi tar-riżultati tat-tfittxijiet u l-preferenzi tan-notifiki;
- l-aħħar żjara tiegħek fis-sit web (għal skopijiet ta’ statistika) u l-aħħar tliet paġni li żort (biex jgħinu l-helpdesk fil-każ li tibgħat talba);
- jekk kontx aċċettajt (jew irrifjutajt) l-użu tal-cookies fuq dan is-sit.
Preferenzi tal-viżitaturi
Il-cookies li jirreġistraw il-preferenzi tiegħek huma stabbiliti minna u nistgħu naqrawhom aħna biss. Huma jiftakru jekk aċċettajtx il-cookies kollha jew dawk essenzjali biss.
Isem | Servizz | Skop | Tip ta’ cookie u durata |
---|---|---|---|
PORTAL2012_USER_PREFERENCES | PORTAL TAL-OP | Ħażna tal-preferenzi tal-utent (lingwa, aċċessibbiltà, paġinazzjoni, domandi default, eċċ.) | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
GUEST_LANGUAGE_ID | PORTAL TAL-OP | Ħażna tal-lingwa tal-viżitatur | sena |
cck1 | GĦODDA GĦALL-KUNSENS TAL-COOKIES | Jaħżen il-cookies li tippreferi (biex ma nerġgħux nistaqsuk għalihom) | Cookie persistenti tal-ewwel parti, 6 xhur |
Cookies operazzjonali
Hemm xi cookies li biex ċerti paġni web jiffunzjonaw ikollna ninkluduhom bilfors. Għal din ir-raġuni, ma jeħtiġux il-kunsens tiegħek. B’mod partikulari:
- cookies ta’ awtentikazzjoni;
- cookies tekniċi meħtieġa minn ċerti sistemi tal-IT.
Cookies ta’ awtentikazzjoni
Dawn jinħażnu meta tilloggja fis-siti tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, billi tuża s-servizz ta’ awtentikazzjoni tagħna (EU Login). Meta tagħmel dan, tkun qed taċċetta l-politika tal-privatezza assoċjata.
Isem | Servizz | Skop | Tip ta’ cookie u durata |
---|---|---|---|
PORTAL2012_USER_PREFERENCES | PORTAL TAL-OP | Awtentikazzjoni tal-utenti fil-portal | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
GUEST_LANGUAGE_ID | PORTAL TAL-OP | Awtentikazzjoni tal-utenti fil-portal | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
Cookies operazzjonali
Hemm xi cookies li biex ċerti paġni web jiffunzjonaw ikollna ninkluduhom bilfors. Għal din ir-raġuni, ma jeħtiġux il-kunsens tiegħek. B’mod partikulari:
- cookies ta’ awtentikazzjoni
- cookies tekniċi meħtieġa minn ċerti sistemi tal-IT.
Cookies ta’ awtentikazzjoni
Dawn jinħażnu meta tilloggja fis-siti tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, billi tuża s-servizz ta’ awtentikazzjoni tagħna (EU Login). Meta tagħmel dan, tkun qed taċċetta l-politika tal-privatezza assoċjata.
Isem | Servizz | Skop | Tip ta’ cookie u durata |
---|---|---|---|
KC_RESTART | PORTAL TAL-OP | Awtentikazzjoni tal-utenti fil-portal | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
AUTH_SESSION_ID | PORTAL TAL-OP | Awtentikazzjoni tal-utenti fil-portal | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
AUTH_SESSION_ID_LEGACY | PORTAL TAL-OP | Awtentikazzjoni tal-utenti fil-portal | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
KEYCLOAK_LOCALE | PORTAL TAL-OP | Awtentikazzjoni tal-utenti fil-portal | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
KEYCLOAK_SESSION | PORTAL TAL-OP | Awtentikazzjoni tal-utenti fil-portal | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
KEYCLOAK_SESSION_LEGACY | PORTAL TAL-OP | Awtentikazzjoni tal-utenti fil-portal | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
KEYCLOAK_IDENTITY | PORTAL TAL-OP | Awtentikazzjoni tal-utenti fil-portal | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
KEYCLOAK_IDENTITY_LEGACY | PORTAL TAL-OP | Awtentikazzjoni tal-utenti fil-portal | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
L-isem ta’ dawn il-cookies jista’ jinbidel, għal raġunijiet tekniċi.
Cookies tekniċi
Isem | Servizz | Skop | Tul taż-żmien tal-cookies |
---|---|---|---|
OP_PORTAL_BASKET_ID | PORTAL TAL-OP | Immaniġġjar tal-karru tax-xiri | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
COOKIE_SUPPORT | PORTAL TAL-OP | użat biex ikun magħruf jekk l-utent jippermettix il-cookies | durata: sena |
JSESSIONID | PORTAL TAL-OP | użat mis-siti biex tinżamm sessjoni anonima tal-utent mis-server | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
LFR_SESSION_STATE | PORTAL TAL-OP | Fih l-ID tal-utent fuq il-pjattaforma Liferay. | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
OPPORTAL_LAST_PATH | PORTAL TAL-OP | Użat fil-proċess ta’ ridirezzjonar wara l-login | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
Rotta | PORTAL TAL-OP | Użat mill-proxy tal-web għall-affinità tan-nodi | Jiskadi f’jumejn |
dtCookie | PORTAL TAL-OP | Jittraċċja żjara fuq diversi talbiet | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
dtLatC | PORTAL TAL-OP | Ikejjel il-latenza tas-server għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
dtPC | PORTAL TAL-OP | Meħtieġ biex jiġu identifikati l-punti terminali xierqa għat-trażmissjoni tas-sinjal; jinkludi l-ID tas-sessjoni għall-korrelazzjoni | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
dtSa | PORTAL TAL-OP | Tissejvja l-ismijiet tal-azzjonijiet tal-utenti, bħal Click on Login, f’paġni differenti | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
rxVisitor | PORTAL TAL-OP | Fih l-ID tal-viżitatur biex jikkorrelata s-sessjonijiet | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
rxvt | INFRASTRUTTURA LI TOSPITA L-IT | Jispeċifika l-iskadenza tas-sessjoni | Sessjoni tal-Cookie tal-Ewwel Parti li titħassar malli tagħlaq il-brawżer tiegħek |
opSSWS | PORTAL TAL-OP | informazzjoni tat-tiftixa esperta | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
Cookies analitiċi
Dawn nużawhom purament għal riċerka interna dwar kif nistgħu ntejbu s-servizz li nipprovdu għall-utenti kollha tagħna. Il-cookies jivvalutaw kif tinteraġixxi mas-sit web tagħna — bħala utent anonimu (id-data miġbura ma tidentifikakx personalment).
Barra minn hekk, din id-data ma tiġi kondiviża ma’ ebda parti terza u ma tintuża għal ebda skop ieħor. L-istatistika anonimizzata tista’ tiġi kondiviża mal-kuntratturi li jaħdmu fuq proġetti ta’ komunikazzjoni taħt ftehim kuntrattwali mal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.
Madankollu, inti liberu li tirrifjuta dawn it-tipi ta’ cookies — permezz tal-banner tal-cookies li se tara fl-ewwel paġna li żżur meta tagħżel li taċċetta l-cookies essenzjali biss.
Isem | Servizz | Skop | Tul taż-żmien tal-cookies |
---|---|---|---|
_pk_ses | PORTAL TAL-OP | Ġbir ta’ data analitika mill-utenti | 30 minuta |
_pk_id | PORTAL TAL-OP | Ġbir ta’ data analitika mill-utenti | 13-il xahar |
ppms_privacy_ | PORTAL TAL-OP | Taħżen il-kunsens tal-viżitatur għall-ġbir u l-użu tad-data | 365 jum jew 30 minuta (għall-ittraċċar anonimu) |
stg_traffic_source_priority | PORTAL TAL-OP | Taħżen it-tip ta’ sors tat-traffiku li minnu l-viżitatur ġie fis-sit tiegħek. | 30 minuta |
sstg_returning_visitor | PORTAL TAL-OP | Tindika jekk il-viżitatur kienx fis-sit tiegħek qabel – huwiex viżitatur li qed jirritorna. | sena |
stg_last_interaction | PORTAL TAL-OP | Tindika jekk l-aħħar sessjoni tal-viżitatur għadhiex għaddejja jew jekk tkunx bdiet sessjoni ġdida. | sena |
stg_fired__ |
PORTAL TAL-OP | Tindika li ġiet skattata kundizzjoni ta’ Maniġer tat-Tags | 30 minuta |
stg_utm_campaign | PORTAL TAL-OP | Taħżen l-informazzjoni dwar it-traċċar tal-kampanji | 30 minuta |
stg_pk_campaign | PORTAL TAL-OP | Taħżen l-informazzjoni dwar it-traċċar tal-kampanja minn Piwik PRO | 30 minuta |
stg_externalReferrer | PORTAL TAL-OP | Taħżen l-URL tar-referent estern | 30 minuta |
_stg_optout | PORTAL TAL-OP | Taħżen informazzjoni ta’ nonparteċipazzjoni mit-traċċar | sena |
Cookies ta' partijiet terzi
Xi wħud mill-paġni tagħna juru kontenut minn fornituri esterni, bħal YouTube, Facebook u Twitter. Dawn is-servizzi ta’ partijiet terzi huma lil hinn mill-kontroll tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet. Il-fornituri jistgħu fi kwalunkwe ħin, jibdlu t-termini tagħhom ta’ servizz, l-għan u l-użu tal-cookies, eċċ.
Biex tara dan il-kontenut ta’ parti terza, l-ewwel trid taċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi tagħhom. Dan jinkludi l-politiki tagħhom dwar il-cookies, li fuqhom m’għandniex kontroll.
Jekk ma tarax dan il-kontenut, ma jiġi installat ebda cookie ta’ partijiet terzi fuq l-apparat tiegħek.
Data privata
L-informazzjoni relatata mal-cookies ma tintużax biex tidentifikak personalment u aħna għandna kontroll sħiħ fuq id-data dwar l-ibbrawżjar. Dawn il-cookies ma jintużaw għall-ebda skop ħlief għal dawk deskritti hawn.
Kif tista’ timmaniġġja l-cookies?
Inti tista’ timmaniġġja/tħassar il-cookies kif tixtieq — għad-dettalji, ara aboutcookies.org
Kif tneħħi l-cookies mill-apparat tiegħek
Tista’ tħassar il-cookies kollha li diġà għandek fuq l-apparat tiegħek billi tħassar l-istorja tal-ibbrawżjar tal-brawżer tiegħek. B’dan il-mod tneħħi l-cookies kollha minn kull sit web li tkun żort. Madankollu, tajjeb tkun taf li jista’ jagħti l-każ li titlef xi informazzjoni li jkollok issejvjata (eż. dettalji tal-login issejvjati, preferenzi tas-siti).
Kif timmaniġġja l-cookies speċifiċi għal sit partikolari
Għal kontroll aktar dettaljat fuq cookies speċifiċi ta’ sit partikolari, iċċekkja l-konfigurazzjonijiet ta’ privatezza u tal-cookies fil-brawżer li tuża.
Kif tibblokka l-cookies
Ħafna mill-browsers moderni jistgħu jiġu ssettjati b’tali mod li ma jpoġġux cookies fuq l-apparat tiegħek, iżda mbagħad jaf ikollok toqgħod tirranġa xi preferenzi manwalment kull darba li żżur sit jew paġna. U xi servizzi u funzjonalitajiet jistgħu ma jaħdmux sew (eż. il-login għall-profil tiegħek).