Publications Office of the EU
About us: FAQ - Dwar l-uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet
DisplayCustomHeader
Dockbar
Dockbar is temporarily unavailable.
FAQ new

Mistoqsijiet Frekwenti (FAQ)

Ikklikkja fuq it-titli li ġejjin biex issib it-tweġibiet għal xi mistoqsijiet li nirċievu spiss

Tista’ tniżżel fajls PDF/X bi kwalità tajba għall-istampar mill-website tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE. Il-PDF/X huwa tip speċjali ta’ fajl PDF maħluq biex jiffaċilita l-iskambju ta’ grafika u speċifikazzjonijiet relatati mal-istampar. B’dawn il-fajls PDF/X, tista’ tirriproduċi kemm tixtieq kopji ta’ pubblikazzjonijiet tal-UE, fil-limiti tal-prinċipji ġenerali għall-użu mill-ġdid, waħdek jew bl-għajnuna ta’ ħanut professjonali li joffri servizzi tal-istampar, ta’ stampatur, jew ta’ servizz speċjalizzat tal-istampar fuq talba.

Il-pubblikazzjonijiet tal-UE li għalihom huma disponibbli fajls PDF/X huma mmarkati b’ikona blu tal-informazzjoni (i) fit-taqsima tat-tniżżil tal-paġna tal-pubblikazzjoni. Fit-taqsima tat-tniżżil, se ssib żewġ ikoni tal-PDF: ikona tal-PDF regolari u ikona oħra tal-PDF-HD. Il-fajls PDF/X bi kwalità tajba għall-istampar jistgħu jitniżżlu billi tikklikkja fuq il-link ta’ wara l-ikona tal-PDF-HD.

Il-fajls PDF/X kollha għal verżjoni lingwistika speċifika ta’ pubblikazzjoni jitniżżlu bħala fajl wieħed ikkumpressat (“zip”). Fil-każ ta’ pubblikazzjonijiet itwal, il-fajl ikkumpressat ikun fih fajl PDF/X għall-kontenut u fajl PDF/X separat għall-qoxra. Dawn il-fajls qed jiġu offruti “kif inhuma”. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet ma jipprovdix servizzi għall-istampar jew għall-adattament ta’ dawn il-fajls.

Hemm għażla limitata ta’ pubblikazzjonijiet f’format stampat, li jkunu disponibbli biss sa ma jispiċċaw. Biex jiġi ffaċilitat l-ipprintjar fid-dar, fil-website tal-pubblikazzjonijiet tal-UE hemm fajls PDF/X ta’ kwalità tajba għall-istampar għal għadd kbir ta’ pubblikazzjonijiet (biex issir taf aktar, mur f’“Ipprintja Pubblikazzjoni tal-UE”).

Tista’ tikseb kopja stampata ta’ pubblikazzjoni speċifika, jekk tkun disponibbli, billi tikkuntattja:

Jekk ma sibtx it-tweġiba għall-mistoqsija tiegħek f’dawn l-FAQs, ikkuntattjana billi tuża l-formola tal-kuntatt.